ŻEWĠ - Ktieb ġdid tiegħi għall-bejgħ

ŻEWĠ - Ktieb ġdid tiegħi għall-bejgħ

Poston Tue Sep 15, 2009 15:29

http://www.youtube.com/watch?v=vPbtcUWjdTI

“Żewġ” – It-tieni pubblikazzjoni ta’ Alex Vella Gera

“Żewġ” huwa t-tieni ktieb li qed jippubblika Alex Vella Gera dis-sena. B’differenza minn “Lil Hinn Mill-Jien”, li ġie ppubblikat f’Mejju li għadda, “Żewġ” diffiċli tgħid x’tip ta’ ktieb hu. Fih żewġ novelli, u t-tnejn li huma jistgħu jissejħu fantaxjenza, iżda s-similaritajiet jieqfu hemm.

B’“Żewġ” Vella Gera jistħarreġ l-idea ta’ Malta bħala stat tal-moħħ, billi joħloq fl-istejjer tiegħu gżira nazzjon f’univers parallel li jintgħaraf sew iżda li fl-istess ħin huwa għalkollox aljen.

Fi kliem ieħor, dan huwa mod daqsxejn ikkumplikat kif ngħidu li “Żewġ” għandu jinteressa lil dawk il-qarrejja Maltin li qed ifittxu kitba immaġinattiva/spekulattiva fil-lingwa tagħhom iżda ftit li xejn qed isibuha.

“Żewġ” u “Lil Hinn Mill-Jien” jinsabu fil-ħwienet tal-kotba u stationers ewlenin jew jistgħu jinxtraw direttament minn Sierra Book Distributors fuq 21378576 / sales@sierra-books.com.

Il-kotba jintbagħtu b'xejn lil indirizzi lokali.


Skuzawni ghat-ton daqsxejn formali ta' dan il-messagg. Imma ma kellix aptit noqghod nerga' nikteb deskrizzjoni vaga tal-ktieb. Użajt il-press release. U l-filmat nammetti huwa tikka Xarabankesk forsi :)
erezija
 
Posts: 42
Joined: Sun Jul 13, 2008 12:17

Return to Books, Movies & Theatre

Who is online

Users browsing this forum: No registered users and 1 guest

cron